Grupp ta’ persuni llejla nġabru quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana, fi protesta biex itennu l-appell biex il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jitlaq il-pożizzjoni tiegħu fil-Korp.
Dan wara li diversi appelli biex sid il-Bank Pilatus ikun investigat f’pajjiżna ssarrfu fin-negattiv. Imbagħad, Ali Sadr spiċċa arrestat fl-Istati Uniti, b’għexieren ta’ persuni nġabru biex isostnu l-messaġġ tagħhom.
Fi tmiem l-attività, il-persuni preżenti waħħlu l-messaġġi li kellhom f’idejhom mal-grada tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
//= $special ?>