Parlament

Seminar internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg tat bidu għal workshop organizzat mill-Istitut Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar is-saltna tad-dritt u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li qed jinżamm f’pajjiżna bejn illum u għada.

Fil-ftuħ tal-workshop, Claudette Buttigieg laqat l-impenn tal-Istitut biex ikun hemm rabta akbar bejn l-imsieħba professjonali u l-Membri Parlamentari fil-koperazzjoni bejniethom. Hekk kif il-workshop iffoka wkoll dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Deputat Speaker ikkwotat kliem Mahatma Ghandi li “n-nuqqas ta’ vjolenza hu l-arma ta’ min hu b’saħħtu”.

B’hekk, il-Membri Parlamentari jkunu kapaċi jippromwovu aktar il-prevenzjoni kontra l-vjolenza u kontra t-terroriżmu.