Lokali

Is-Soċjetà Ċivili titlob li tittieħed azzjoni dwar il-Bank Pilatus

L-uffiċini tal-Pilatus Bank f'Ta' Xbiex

Il-Bank Pilatus ġie deskritt bħala maqjel tal-kriminalità u mhux bank mill-attivisti li nġabru quddiemu dalgħodu li semmew ukoll li kien hemm preżenza tal-Pulizija ħdejn il-bank. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu organizzata min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili, l-attivisti qalu li qed jistennew li tittieħed azzjoni.

L-Attivisti qalu li l-evidenza li qed fadal fil-Bank Pilatus għandha tiġi investigata mill-Pulizija Maltija bl-għajnuna tal-Korpi tal-Pulizija barranin.

Michael Briguglio sostna li dawn l-aħbarijiet qed jitfgħu dell ikrah fuq Malta u fuq L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

Brigulio qal li l-attivisti qed jinkwetaw dwar is-sigurtà tal-whistleblowers tal-Bank Pilatus Maria Efimova u tal-aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus Jonathan Ferris. Qal li l-Gvern Malti mhu qed jagħmel xejn biex jipproteġihom.