In-Nazzjon illum

Xokk fl-Armata wara l-mewt ta’ Chris Galea

“Tlifna kollega u ħabib tal-ġenn” – xokk fil-Forzi Armati ta’ Malta hekk kif pajjiżna tilef it-tieni uffiċjali fi ftit jiem.

Wara l-mewt ta’ Giulio Baldacchino kawża ta’ inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta, il-Forzi Armati ta’ pajjiżna dalgħodu tilfu wkoll liż-żagħżugħ Chris Galea li sfortunatament tilef ħajtu għall-għarrieda fl-eta ta’ 25 sena.

Fuq il-midja soċjali, l-aħbar ta’ Chris ġriet malajr fost ix-xokk ta’ sħabu li jiddeskrivuh bħala żagħżugħ ta’ karattru mill-aqwa.

Ritratt: Alana Photography