Lokali

Żewġ Inġiniera Maltin fost l-aqwa 10 achievers għal sentejn konsekuttivi

L-Inġinier Joseph Mifsud kien fost l-aqwa 10 achievers għall-2017 minn fost 140,000 impjegat tas-State Power Investment Corporation (SPIC) fiċ-Ċina, li topera f’36 pajjiż u reġjun. L-Inġinier Mifsud hu d-Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Produzzjoni u t-Teknoloġija ta’ D3 Power Generation Ltd f’Marsaxlokk.

Kull sena, kull kumpanija fi ħdan SPIC tippreżenta l-ismijiet ta’ persuni nnominati għall-premju Top Ten Achievers. Minn dawn imbagħad jintgħażlu 20 persuna għall-aħħar rawnd tal-votazzjoni, li ssir online.

Is-sena li għaddiet, l-Inġinier David Griscti, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Produzzjoni u t-Teknoloġija ta’ D3, intgħażel minn SPIC bħala wieħed mit-Top Ten Achievers għall-2016.

Dan ifisser li f’sentejn, żewġ Inġiniera Maltin irċievew rikonoxximent għall-kisbiet tagħhom, l-impenn leali, id-dedikazzjoni, is-sens ta’ responsabbiltà u biex ikunu ta’ mudell ta’ ħidma għall-oħrajn. Huma kienu nnominati minn SEP (Malta) Holding Limited (SEPM).