Edukazzjoni Lokali

AĠĠORNATA: Jinfetaħ l-aċċess wara l-aħbar ta’ Net News

Il-każ tal-mina li mill-Universita’ twassal lejn il-Gżira kien ilu xhur ta’ uġiegħ ta’ ras għall-istudenti Universitarji. Dan hekk kif sa dalgħodu, l-aċċess għall-mina u l-parkeġġ li hemm fil-viċin għadu magħluq.

Din il-mina kienet ingħalqet sakemm sar il-proġett fuq ir-roundabout tal-Kappara. Imma sa dalgħodu, l-aċċess għall-karozzi u l-muturi kien għadu magħluq.

Kien biss wara aħbar f’dan is-sit li t-triq infetħet, u għalhekk infetaħ l-aċċess għall-parkeġġ.