L-industrija marittima hija vokazzjoni naturali li Malta bniet matul is-snin bl-għaqal tagħha u bl-għaraq ta’ xbinha. Dan poplu marittimu li m’għandux wisq art iżda għandu ħafna aktar baħar u tgħallem jagħmel użu tajjeb minnu.
Waqt laqgħa oħra fi Brussell mal-Kummissarju Ewropew Pierre Moscovici, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar ir-reputazzjoni tajba li għandha Malta fis-settur marittimu. Hu stqarr li l-aħbarijiet ta’ din il-ġimgħa m’għandhomx jintużaw biex iħallu effett negattiv fuq l-ekonomija ta’ Malta.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>