Lokali

FILMAT: Angelo Xuereb hu r-rebbieħ tal-Premju tal-Entrepreneur of the Year ta’ EY Malta

Angelo Xuereb, iċ-Chairman ta’ AX Holdings, rebaħ it-tieni edizzjoni tal-Malta EY Entrepreneur of the Year. F’Ġunju li ġej, Angelo Xuereb se jmur Monaco biex jirrappreżenta lil Malta u jikkompeti għall-EY World Entrepreneur of the Year Award fimkien ma’ mexxejja ewlenin tan-negozju ġejjin minn aktar minn 60 pajjiż.

Il-lista tar-rebbieħa tal-passat f’Monaco tinkludi uħud mill-iktar imprendituri influwenti minn firxa wiesgħa ta’ negozji bħal Amazon u LinkedIn. Shane Hunter mill-Grupp AquaBioTech rebaħ il-Premju ta’ EY Rising Star ta’ din is-sena u hu ukoll se jkun qed jattendi ċ-ċerimonja f’Monaco f’Ġunju li ġej.

Apparti mir-rebbieħa, il-finalisti l-oħra kienu Matthew Borg minn Studio Moda Group, Zak Borg u Benji Borg minn ANCHOVY, David Felice, David Drago u Konrad Buhagiar minn Architecture Project, Alex Mifsud minn Ixaris, Frank Salt minn Frank Salt Real Estate, Joseph Sultana u Dr John Abela minn Ascent Software, u Marlon Grech minn Thynk Software.

EY ilha torganizza il-premjijiet tal-Entrepreneur of the Year fuq bażi globali għal dawn l-aħħar tletin sena.