Lokali

FILMAT: “Anke min jieħu l-kafè u l-pastizzi għandu opinjoni”

Wara l-famuża "u ejja come on".. il-Minisru tal-Finanzi joħroġ bi frażi ġdida

Wara li lbieraħ il-Ministru Edward Scicluna rrisponda għall-mistoqsija bil-frażi “u ejja come on” dwar il-passi li għandhom jittieħdu fil-konfront ta’ Pilatus Bank – illum NET News reġa’ ħa l-kumment tal-Ministru, fejn ħareġ bi frażi ġdida.

Meta mistoqsi biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar jekk jaqbilx li għandha tiġi revokata l-liċenzja tal-bank Pilatus, il-Ministru Edward Scicluna minflok irrisponda qal li “Anke min jieħu l-kafè u l-pastizzi għandu opinjoni”. Għalhekk il-Ministru evita milli jirrispondi s-sensiela ta’ mistqosijiet minn NET News.

Ara dak li rrisponda lbieraħ il-Ministru:

FILMAT: Il-Ministru Scicluna “no comment” dwar l-arrest ta’ Ali Sadr