Lokali

Fis-satra tal-lejl: Jerġa’ jitneħħa l-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia

Għal darb’oħra f’inqas minn 48 siegħa matul il-lejl li għadda reġa’ tneħħa l-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia li jinsab quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta.

Din id-darba il-mafkar tneħħa jumejn wara li l-mafkar tneħħa matul il-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta u minn kmieni t-Tlieta filgħodu reġgħu bdew jitpoġġew il-fjuri, xemgħat, ritratti u noti minn quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir, li mis-16 ta’ Ottubru li għadda, meta nqatlet il-ġurnalista nbidel f’mafkar.

Jerġa’ jitneħħa l-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia