Lokali Qorti

“Fuq drittijiet tal-bniedem nitkellmu, imma fuq drittijiet tal-komunita’ ħadd ma jgħid xejn!” – Aaron Bugeja

Fl-awla l-Maġistrat deher viżibbilment infurjat għal dan il-ħela ta' ħin dwar il-każ ta' Paqpaqli

Il-Maġistrat Aaron Bugeja żbroffa bl-ikrah fil-Qorti hekk kif ilbieraħ kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Paqpaqli għall-Istrina. Ir-rabja tal-Maġistrat kienet lejn il-Prosekuzzjoni, u n-nuqqas ta’ xiehda li tressqu fil-ġurnata tal-bieraħ.

Aaron Bugeja kien alloka 4 sigħat sħaħ għax-xiehda minn naħa tal-Prosekuzzjoni. Iżda s-seduta intemmet f’temp ta’ nofs siegħa.

Fl-awla l-Maġistrat deher viżibbilment infurjat għal dan il-ħela ta’ ħin.

“Illum kulħadd jitkellem fuq drittijiet umani, iżda wasal iż-żmien li nibdew nitkellmu fuq drittijiet tal-komunita'”, saħaq il-Maġistrat.

Issa jmiss żewġ seduti oħra fl-aħħar ta’ April, u l-Maġistrat qed jinsisti li jkun użat il-ħin kollu allokat. Is-smiegħ ta’ Paqpaqli se jkun mid-9am sal-5pm fiż-żewġ ġranet.