Fl-aħħar sigħat saret laqgħa bejn l-MUMN u t-tmexxija ta’ Steward Heathcare bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa.
Kien il-programm NET LIVE aktar kmieni din il-ġimgħa illi żvela li se ssir din il-laqgħa fil-Ministeru.
Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi punti fosthom il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, li l-ħaddiema jibqgħu impjegati mal-Gvern u li s-servizz fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karen Grech jibqa’ b’xejn.
Fost il-punti diskussi kien hemm ukoll il-bini tal-kampus tal-iskola għall-infermiera, Northumbria, fejn Steward Healthcare tennew l-impenn tagħhom li dan il-kampus ikun wieħed mill-prijoritajiet tagħhom. Ironikament, anke meta bdew il-VGH kienu qalu li dan il-kampus kellu jkun prijorita’ – sa issa, il-proġett tal-Iskola Medika f’Malta għadu pendenti.
//= $special ?>