Internazzjonali

Il-Papa jikkonferma li sejjer Dublin

Il-Papa Franġisku, ilbieraħ ikkonferma li f’Awwissu sejjer fil-kapitali tal-Irlanda, Dublin, għal rally kbir iddedikat lill-familja. Il-Papa ta l-aħbar waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa. Huwa ħabbar li sejjer Dublin bejn il-25 u s-26 ta’ Awwissu għall-World Meeting of Families. Kien hemm spekulazzjoni li aktarx kien se jżur ukoll l-Irlanda ta’ Fuq, imma dwar dan ma ntqal xejn. Dan se jkun l-ewwel vjaġġ fl-Irlanda minn mindu kien hemm mewġa ta’ każi ta’ abbuż sesswali li kkompromettew l-awtorità morali tal-Knsija Kat-tolika fil-pajjiż. F’dawn l-aħħar snin, l-Irlanda, darba meqjusa bħala kolonna tal-Knisja Kattolika, illegalizzat iż-żwieġ bejn nies tal-istess sess u dalwaqt se tagħmel referendum biex titneħħa l-projbizzjoni fuq l-abort. L-aħħar żjara ta’ Papa kienet fl-1979 meta kien mar il-Papa Ġwanni Pawlu II. Il-World Meeting of Families isir kull tliet snin biex titħeġġeġ il-viżjoni tal-familja bbażata fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara. Din l-edizzjoni se ssir bejn il-21 u s-26 ta’ Awwissu u l-Papa se jippresiedi l-aħħar jumejn.