Lokali Qorti

AĠĠORNATA: Keith Schembri ma jidhirx quddiem il-Qorti

Eku tal-iskandlu tal-Panama Papers u l-protesta ta' Marzu 2016

Illum fil-Qorti kellu jkompli l-każ ta’ libell li fetaħ Keith Schembri, iċ-Chief of Staff ta’ Muscat, fil-konfront tal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil.

Iżda Schembri innifsu naqas milli jidher quddiem il-Qorti. L-avukati taċ-Chief of Staff infurmaw lill-Maġistrat Francesco Depasquale “ma setax jattendi” għas-seduta.

Fuq Twitter, Busuttil qal iċ-Chief of Staff ta’ Muscat ma marx iwieġeb domandi diretti dwar l-iskandlu tal-Panama.

“Minn xiex qed jibża’ Keith Schembri”, saqsa Simon Busuttil.

Dan ifisser li issa l-kontro-eżami li kellu jsir illum ġie pospost għax-xahar id-dieħel.

L-avukati Pawlu Lia, Edward Gatt u Mark Vassallo qed jidhru għal Schembri.

Simon Busuttil hu assistit mill-avukat Peter Fenech.