Lokali

AĠĠORNATA: L-assi ta’ Pilatus jistgħu jiċċaqalqu…bl-approvazzjoni tal-MFSA

It-tieni stqarrija tal-MFSA f'temp ta' ftit sigħat

Stqarrija maħruġa tard bil-lejl mill-MFSA tikkonferma li l-flus li hemm depożitati fil-bank Pilatus jistgħu jiċċaqalqu, kemm-il darba jkun hemm approvazzjoni mill-istess awtorita’ finanzjarja.

L-istqarrija (ritratt) ħarġet sitt sigħat wara li kienet ħarġet il-pożizzjoni oriġinali tal-MFSA. Iżda donnu l-pressjoni kbira li kien hemm fil-Parlament mill-Oppożizzjoni waslet biex tinħareġ pożizzjoni ġdida.

Hawn l-MFSA qed tgħid li kull ċaqlieq ta’ assi jrid isir bl-approvazzjoni tagħha.

Dwar din l-istqarrija, il-Kap tal-PN Adrian Delia saħaq li din l-azzjoni tal-MFSA “mhux biżejjed”. Hu qed jappella biex jiġu firzati l-assi kollha u kull tip ta’ informazzjoni li għandu l-bank Pilatus.