L-MFA, il-federazzjoni tal-futbol f’Malta u l-MRFU, l-assoċjazzjoni tar-rugby f’pajjiżna, qed jaħdmu flimkien biex jippromovu dawn iż-żewġ partiti flimkien.
Hu għalhekk li nhar it-Tlieta li għadda organizzaw photoshoot apposta bis-sehem tal-plejers taż-żewġ timijet nazzjonali.
Dan kollu qed isir bil-għan li tintensifika l-kampanja pubbliċitarja partikolarment fuq il-midja soċjali (bl-isem ta’ #UnitedForMalta) biex il-pubbliku sportiv Malti jmur jagħti l-appoġġ tiegħu lil Malta, kemm fil-futbol kif ukoll fir-rugby.
Illum it-tim Malti nazzjonali tal-futbol se jilgħab kontra l-Lussemburgu fis-6pm Ta’ Qali filwaqt li s-Sibt li ġej it-tim nazzjonali Malti tar-rugby se jkun qed jilgħab f’Kordin, fis-2pm, kontra l-Andorra.
//= $special ?>