Futbol Sport

Ma kinitx l-għażla tiegħi imma l-Lussemburgu sfurzawna niddefendu – Tom Saintfiet

Il-kowċ nazzjonali Tom Saintfiet waqt il-logħba kontra l-Lussemburgu (Ritratt: Matthew Tabone)

“Is-soltu ma jkollix diffikultà biex nitkellem imma bħalissa ninsab mingħajr kliem u spirtu li nitkellem.” Kienu dawn l-ewwel kelmiet tal-kowċ nazzjonali Malti Tom Saintfiet wara t-telfa ta’ 1-0 kontra l-Lussemburgu.

Viżibbilment diżappuntat, Saintfiet qal li jaf li l-Lussemburgu jinsabu fit-83 post fir-rankings iżda saħaq li hemm raġuni għaliex, bir-raġuni prinċipali tkun l-iżvilupp tagħhom.

“Il-Lussemburgu sfurzawna niddefendu. Il-ħsieb tiegħi kien li nilagħbu b’sistema ta’ 4-1-4-1 b’Luke Gambin u Steve Pisani jgħinu fl-attakk għal sistema fl-attakk ta’ 4-3-3. Iżda l-mod kif bdew jilagħbu bi tliet attakkanti u d-difensuri laterali jattakkaw ukoll, spiċċajna biex nilagħbu b’ħamsa fuq wara.”

Saintfiet qal li l-avversarji kellhom ftit xuttijiet fl-ewwel taqsima, iżda l-akbar okkażjoni waslet għat-tim Malti biċ-ċans ta’ Andrè Schembri li saħaq li kellu jiskorjah.

“It-tieni taqsima kienet simili, bil-Lussemburgu jagħfsu aktar imma l-aħjar ċans reġa’ wasal għandna permezz ta’ Paul Fenech li ma skorjax minn żewġ metri bogħod,” kompla Saintfiet.

Il-kowċ Belġjan qal li r-riżultat finali hu iebes għaliex jemmen li 0-0 kien ikun aktar ġust. Hu żied jgħid li b’mod ġenerali l-Lussemburgu lagħbu futbol aħjar u kellhom aktar pussess.

Tom Saintfiet qal li Malta ma tridx tistaqsi r-riżultat iżda l-iżvilupp, madankollu qal li l-futbol Malti jrid jemmen li jista’ jitjieb. “Irridu nikkopjaw lil-Lussemburgu f’kollox.