Raġel weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’salib it-toroq bejn Triq il-Palma u Triq Ħal Luqa f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ bejn karozza tal-linja u karozza tal-kiri misjuqa minn raġel li bl-impatt spiċċat fuq il-bankina.
Fuq il-post marru Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex jinħareġ is-sewwieq tal-karozza li ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni fit-toroq prinċipali ta’ Raħal Ġdid.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej …