Lokali

Awstrijak iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Tas-Sliema

Awstrijak ta’ 53 sena sofra feriti gravi wara li għal xi raġuni, intlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 35 residenti l-Imġarr.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Minbarra l-Pulizija, fil-post mar tim mediku b’Ambulanza, li ħa lill-Awstrijak l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.