Formula 1 Sport

Daniel Ricciardo jingħata penalità ta’ tliet postijiet

Daniel Ricciardo (Ritratt: EPA)

Daniel Ricciardo ngħata sospensjoni ta’ tliet postijiet għall-ewwel Grand Prix tal-istaġun wara li saq aktar milli suppost taħt il-bandiera l-ħamra waqt waħda mis-sessjonijiet tal-bieraħ filgħodu.

Minkejja li fi kliem l-istewards is-sewwieq tar-Red Bull naqqas b’mod sinifikanti u kompla b’attenzjoni, Ricciardo xorta baqa’ għaddej aktar mil-limitu. Ricciardo ammetta l-iżball. Riżultat ta’ dan, l-Awstraljan se jibda tliet postijiet lura minn fejn jispiċċa fil-provi uffiċjali.

Din il-penalità hi daqqa ta’ ħarta kemm għal Red Bull kif ukoll għall-uniku sewwieq Awstraljan, hekk kif qed jittama li jibda l-istaġun fuq nota tajba.