Għawdex

FILMAT: Il-proġett ta’ Barts jibqa’ jiġi pospost

L-Iskola Medika ta’ Barts illi kellha tiftaħ f’Għawdex sentejn ilu se terġa’ tiġi posposta b’aktar żmien. U ħadd ma jaf meta se jiġi konkluż dan il-proġett fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, illi sa issa għadu biss ħofra.

Il-proġett kien parti mill-konċessjoni li ingħatat lill-VGH għat-tlett sptarijiet, iżda d-dewmien fil-bini tal-Iskola Medika ta’ Barts beda jkun evidenti sa mill-bidu tal-proġett fl-2015.

Bħalissa bħala skola medika qed tintuża s-6th Form ta’ Għawdex. Meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-deputat Chris Said, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal illi s-6th Form se tibqa’ tintuża għal mill-inqas sena oħra.

Skont rapporti tat-Times of Malta huma biss 40 l-istudenti li jattendu f’din l-iskola.