Lokali

FILMAT: Involut f’inċident, jibqa’ sejjer u “jfalli” test tal-breathalyser; mistenni jitressaq il-Qorti

L-eks Assistent Kummissarju Mario Tonna mistenni jitressaq il-Qorti

Il-Pulizija mistennija tressaq lill-eks Assistent Kummissarju Mario Tonna wara li kien involut f’inċident tat-traffiku u allegatament abbanduna l-post tal-inċident. Dan kien żvelat fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal Times of Malta. Skont sorsi, l-inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija f’Tas-Sliema meta Tonna kien allegatament involut f’inċident tat-traffiku li kien jinvolvi “tlieta jew erba’ karozzi”.

Il-Pulizija eventwalment sabuh fir-residenza tiegħu u ttieħed f’għassa tal-pulizija fejn sarlu t-test tal-brethalyser. Skont l-istess sorsi, Tonna falla minn dan it-test.

Mario Tonna irriżenja mill-Korp tal-Pulizija wara li fil-bidu ta’ din is-sena, il-ġurnal In-Nazzjon żvela li s-sieħba tiegħu għamlet rapport dwar vjolenza domestika fejn ġiet aggredita minnu f’ fl-għassa ta’ Tas-Sliema.

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia kien iddefenda l-aġir ta’ Mario Tonna u qal li dan kien qiegħed “jaħdem sigħat twal”. Filwaqt li l-kumment tal-Ministru Farrugia kien kiseb l-istmerrija ta’ ħafna iżda mhux tal-Ministru tal-Ugwaljanza Helena Dalli.

F’Jannar ukoll, in-Nazzjon kien żvela li l-eks Assistent Kummissarju għandu problema serja ta’ xorb, xi ħaġa li kienet magħrufa mal-kollegi tiegħu.