Illum ingħataw id-dettalji tad-19-il edizzjoni tal-Gladiators Fight Night li se ssir għada fil-Padiljun Sportiv f’Kordin. Filwaqt li taw id-dettalji dwar is-serata, Noel Mercieca u Niclas Elfstedt ikkonfermaw li għandha ssir l-ewwel ġlieda f’pajjiżna ta’ Muay Thai.
Fl-azzjoni se jkun hemm l-atleta Malti Jesred Piscopo minn Team Noel fid-debutt fil-Muay Thai. Fl-aħħar edizzjoni tal-Gladiators Fight Night, Piscopo kien rebaħ it-titlu Ewropew PRO/AM bi ġlieda K1.
Fl-aħħar ġimgħat kienu kkonfermati numru ta’ ġlidiet professjonali, minkejja li ċ-champion Ewropew fil-K1 Keith Azzopardi kellu jirtira fl-aħħar ħinijiet minħabba li jinsab imweġġa’. Is-sena l-oħra, Azzopardi kien rebaħ it-titlu tal-World Kickboxing Newtork fi Franza.
Ġlidiet oħra ta’ livell għoli se jinkludu lil Chris Rotin minn Team Noel u lil Shaun Falzon, Niclas Elfstedt u Hanrick Ejlertsson minn Malta Thai Boxing. B’kollox se jkun hemm disa’ timijiet preżenti filwaqt li fil-kategorija tan-nisa jispikka l-konfront bejn Ritmay Spiteri u Chanise Bonello.
//= $special ?>