Formula 1 Sport

Hamilton b’vantaġġ minimu fuq Verstappen fit-tieni sessjoni liberi

Lewis Hamilton spiċċa t-tieni sessjoni ta' provi liberi fl-ewwel post (Ritratt: EPA)
Il-provi uffiċjali jsiru s-Sibt fis-7.00am ħin ta' Malta

Lewis Hamilton spiċċa t-tieni sessjoni ta’ provi liberi fil-quċċata b’distakk minimu fuq Max Verstappen tar-Red Bull. Fl-ewwel sessjoni l-Mercedes dehru li se jiġru bis-sessjonijiet fl-Awstralja, iżda fit-tieni sessjoni Red Bull u l-Ferrari dehru aktar qrib il-Mercedes u għalhekk mistenni li fi tmiem il-ġimgħa jkun taqtigħa bejn tliet timijiet.

F’sessjoni oħra, Valtteri Bottas spiċċa 0.228 ta’ sekonda wara sieħbu tal-istess tim, filwaqt li kompatrijott Kimi Raikkonen kien viċin tiegħu. Is-sorpriża negattiva tal-ġurnata kien Sebastian Vettel li spiċċa fil-ħames post wara li kellu ritmu tajjeb fil-pre-season. Romain Grosjean spiċċa fis-sitt post għal Haas, b’sieħbu Kevin Magnussen jidħol fid-disa’ post, f’ġurnata pożittiva għat-tim Amerikan.

Daniel Ricciardo spiċċa s-seba’ għal Red Bull filwaqt li McLaren kellhom sessjoni li tagħmel kuraġġ, b’Fernando Alonso u Stoffel Vandoorne jispiċċaw fit-tmien u l-għaxar post rispettivament. Lance Stroll kellu jabbanduna ċ-ċirkwit wara problemi tekniċi u spiċċa fl-14-il post.

Kif spiċċaw it-tieni sessjoni

1. Lewis Hamilton        1:23.931

2. Max Verstappen        +0.127

3. Valtteri Bottas           +0.228

4. Kimi Raikkonen        +0.283

5. Sebastian Vettel        +0.520

6. Romain Grosjean      +0.717

7. Daniel Ricciardo       +0.790

8. Fernando Alonso       +1.269

9. Kevin Magnussen      +1.315

10. Stoffel Vandoorne   +1.354

11. Carlos Sainz             +1.459

12. Sergio Perez            +1.482

13. Nico Hulkenberg   +1.532

14. Lance Stroll            +1.612

15. Esteban Ocon         +1.957

16. Brendon Hartley    +1.994

17. Pierre Gasly             +2.014

18. Sergey Sirotkin       +2.043

19. Marcus Ericsson     +2.883

20. Charles Leclerc       +2.884