Ambjent Lokali

Inizjattiva ta’ tindif taħt il-baħar

Fix-xhur tas-Sajf se jsiru sensiela ta’ inizjattivi ta’ tindif taħt il-baħar maħsuba biex jinġabar skart li b’xi mod jew ieħor spiċċa il-baħar.

Stqarrija maħruġa mill-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) tispjega illi l-għaddasa kwalifikati kollha huma mistiedna biex jissieħbu f’dan il-proġett.

L-ERRC hija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilitaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.

L-inizjattiva qed tiġi ffinanzjata mill-Aġenzija Żgħażagħ li twaqqfet bil-għan li tippromwovi l-interessi taż-żgħażagħ u tipprovdi għajnuna lill-għaqdiet taż-żgħażagħ biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.