Internazzjonali

Jintemm il-ħtif f’supermarket fi Franza

F’Trèbes fin-Nofsinhar ta’ Franza l-Pulizija wettqet rejd f’supermarket fejn raġel armat ħataf grupp ta’ nies ostaġġ. Ħtif li sewa l-ħajja ta’ tlett persuni u l-feriment ta’ uffiċjal tal-Pulizija. Hu kien sostna li hu segwaċi tal-ISIS u l-awtoritajiet qalu li kien Marokkin li kien magħruf mal-forzi tas-sigurta Franċiżi. Rapporti qalu li hu wettaq dan l-att bi tpatija għal dak li qed jiġri fis-Sirja.

L-ostaġġi kollha kien rnexxielhom jaħarbu u r-raġel armat jidher li spiċċa waħdu fl-istabbiliment flimkien ma’ uffiċjal tal-pulizija li kien qed iżomm ostaġġ. Il-Gvern Franċiż qal li qed iqies il-każ bħala wieħed terroristiku.
Il-ġrajja seħħet fis-supermarket Super U qrib Carcassonne.

IR-RAPPRTI GĦADHOM DIEĦLIN