Internazzjonali

Konferma li mhux aljen

Testijiet xjentifiċi li saru fuq skeltru żgħir mumifikat li kien instab fiċ-Ċili konfermaw li dan hu ta’ tarbija tat-twelid li kellha diversi problemi ta’ saħħa u li mietet madwar 40 sena ilu.
Mit-testijiet li saru fosthom tad-DNA, irriżulta li minkejja li s-skeltru kien daqs ta’ fetu, testijiet fuq l-għadam wrew li dan kien ta’ tarbija ta’ bejn is-sitt u t-tmien snin.
Dettalji tat-testijiet issa kienu pubblikati fir-rivista xjentifika Genome Research.
Apparti d-daqs żgħir, l-iskeltru kellu karatteristiċi fiżiċi strambi fosthom ftit kustilji u forma stramba tal-kranju. Imma ntqal li dan kien minħabba mutazzjonijiet ġenetiċi.
Il-fdalijiet instabu f’pakkett f’raħal abbandunat ta’ La Noria fir-reġjun ta’ Atacama, u minħabba f’hekk imlaqqam ‘Ata’. Minn hemm dawn kienu spiċċaw f’kollezzjoni privata fi Spanja.
Għal żmien kien hemm ħafna spekulazzjoni li dan kien skeletur ta’ aljen imma mit-testijiet li saru kien konfermat li dan hu skeletru ta’ tarbija umana u speċifikament ta’ sess feminili. It-testijiet sabu li din it-tarbija kienet tbati bis-scoliosis kif ukoll b’difetti fil-muskoli u l-għadam.