NEPTUNES LEO VEGAS….13
EXILES JETFREIGHT………8
(2-2), (5-3), (1-2), (5-1)
Ir-riżultat finali jista’ jindika rebħa komda għal Neptunes Leo Vegas iżda l-partita kienet bilanċjata, minkejja li Neptunes kisbu rebħa meritata. Il-logħba ntlagħbet taħt xita qliel li waqfet xejn. Neptunes għajr l-ewwel mumenti tal-logħba, qatt ma kienu minn taħt u dejjem kellhom vantaġġ li minkejja li ma kienx kbir, kien biżżejjed biex jibqgħu fil-vantaġ.
Exiles kienu darbtejn fil-vantaġġ fl-ewwel sessjoni b’gowls minn Mark Fenech u Timmy Sullivan, iżda Matthias Azzopardi u Niki Lanzon wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet. Neptunes temmew it-tieni sessjoni 7-5 minn fuq b’ħames gowls minn ħames plejers differenti, b’Exiles jiskorjaw żewġ gowls lejn tmiem it-tieni perjodu biex reġgħu daħlu fil-logħba.
Miguel Zammit għamilhom 8-5 fit-tielet sessjoni, iżda reazzjoni minn Exiles wasslet biex naqsu d-distakk għal gowl wara li skorjaw Benji Lanzon u Aurelien Cousin. Il-Franċiż wieġeb għal gowl ta’ Nikolai Zammit fl-aħħar sessjoni, iżda ż-żagħżugħ reġa’ skorja biex Gabriel Pace għalaq il-logħba meta għamel l-iskor 11-8 bi tliet minuti għal tmiem il-logħba. Jordan Camilleri u Jake Muscat komplew ikabbru r-rebħa għal Neptunes.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (2), S. Busuttil, J. Culic, N. Zammit (2), J. Camilleri (2), M. Cutajar, M. Zammit (1), J. Muscat (2), M. Azzopardi (2), F. Buhagiar
Exiles: M. Castillo, C. van Brockdorf, A. Bianchi, P. Paris, T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, A. Cousin (2), B. Lanzon, L. Felice, G. Ciappara
Referees: Mario Dalli, Ronnie Spiteri
Rebħa faċli
OTTERS NIVEA………..4
TA’ XBIEX AMIGOS….14
(0-2), (1-3), (2-4), (1-5)
Ta’ Xbiex Amigos kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat b’rebħa faċli b’distakk ta’ għaxar gowls fuq Otters Nivea. Partita li fiha Ta’ Xbiex bnew vantaġġ b’mod gradwali biż-żagħżugħ Liam Galea jispikka b’seba’ gowls fil-logħba. Il-logħba ntlagħbet taħt xita kontinwa speċjalment fit-tieni parti tal-logħba.
Galea kien skorja tripletta fl-ewwel żewġ sessjonijiet, b’Ta’ Xbiex jibnu vantaġġ ta’ erba’ gowls. Huma assiguraw mir-rebħa fit-tielet sessjoni, bi tliet gowls konsekuttivi li kabbru d-distakk għal 8-1. Matthew Sciberras skorja darbtejn għal Otters iżda Keith Tanti għamilhom 9-3. L-aħħar sessjoni kienet formalità, b’Liam Galea jiskorja tlieta mill-ħames gowls ta’ Ta’ Xbiex fis-sessjoni.
Otters: K. Schembri, M. Camilleri, A. Magri, D. Dimech, J. Teuma, C. Bugeja, G. Mizzi, S. Dimech, K. Scicluna, E. Gravina, A. Falzon, G. Sammut, M. Sciberras (4)
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Aquilina, M. Manara (1), L. Hyzler (1), B. Cachia (2), K. Mock (1), L. Galea (7), G. Blundell, G. Sammut (1), K. Tanti (1), N. Saliba, L. Pace
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
//= $special ?>