Lokali

Statistika turi li Birkirkara, l-Imsida u Ħaż-Żabbar huma l-agħar għaċ-ċiklisti

Statistika maħruġa mill-Bike Advocacy Group turi li Birkirkara, l-Imsida u Ħaż-Żabbar huma l-postijiet li fihom isiru l-iktar inċidenti li jinvolvu liċ-ċiklisti, għalkemm l-istatistika fiha numru ta’ informazzjoni nieqsa.

Fi stqarrija maħruġa mill-Bicycling Advocacy Group (Malta) jingħad li l-inċidenti fl-2017 żdiedu bi ftit għal 0.19 kuljum fi 32 lokalità għalkemm il-grupp jesprimi tħassib li l-NSO ma ta l-ebda informazzjoni dwar l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet dwar l-inċidenti fit-toroq. Dan għaliex l-istatistika tkopri l-istaġun bejn Jannar u Settembru.

Fost il-kritika tal-Grupp, hemm il-fatt li “kien hemm rilassament fir-regoli tat-traffiku, li wasslet għal żieda mhux tas-soltu fl-inċidenti f’Marzu.” Il-Grupp semma’ fost l-oħrajn in-nuqqas ta’ infurzar dwar parkeġġ f’junctions u proġetti ta’ toroq ġodda li ma ħasbux għaċ-ċiklisti u alura għamlu t-toroq iktar perikolużi għaċ-ċiklisti.