Internazzjonali

Tisfronda triq fil-kapitali Taljana Ruma

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili fil-kapitali Taljana Ruma kellhom jintervjenu biex issalvaw żewġ karozzi. Dan wara li sfrondfat l-art fz-zona tal-Appia.

Ħadd ma ndarab f’dan l-inċident. Il-ħofra kienet ta’ tlett metri u fonda sitt metri. Fit-13 ta’ MArzu kien hemm inċident ieħor simili fl-istess inħawi ta’ Ruma.