Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

It-tranżazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-Bank Pilatus għandhom jitqiesu bħala suspettużi – David Casa

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa għadu kif kiteb lill-Egmont Group jinfurmah bl-aħħar żviluppi dwar l-arrest taċ-Chairman u l-UBO tal-Bank Pilatus.

Fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi, kif ukoll quddiem l-evidenza ċara tal-involviment tal-Bank Pilatus f’attività kriminali, David Casa talab li Egmont Group jinforma lill-membri tiegħu – Financial Intelligence Units – li kull tranżazzjoni li toriġina mill-Bank Pilatus għandha tkun immarkata bħala suspettuża u tiġi investigata.

Egmont Group hu organu ta’ 155 Financial Intelligence Unit, li jiprovdi pjattaforma għal skambju sigur ta’ kompetenza fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.