Żagħżugħ Malti jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif inqeleb bil-karrozza fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida, ftit qabel it-3 ta’ filgħodu.
Jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontrol tal-vettura, tat-tip Mazda, ftit qabel il-mini tal-Università, inqeleb u tkaxkar għadd ta’ metri sakemm ħabat ma’ crash barier.
Il-mina fid-direzzjoni ta’ Santa Venera ingħalqet għal xi ħin mill-Pulizija, li ssejjħu fuq il-post għall-assistenza, sakemm ix-xena ġiet imnaddfa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Nappellaw lis-sewwieqa jsuqu bil-galbu hekk kif il-maltemp mistenni jippersisti fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>