Żagħżugħ Għawdxi ta’ 18-il sena minn Għajnsielem, Charles Buttigieg, għaddej b’auditions f’Philadelphia, Pennsylvania, fl-Istati Uniti, hekk kif il-karriera tiegħu bħala ‘Baritonu’ qed dejjem iktar tieħu spinta.
Buttigieg hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa talenti li pproduċa pajjiżna fix-xena tal-mużika klassika tant li kiseb l-appoġġ ta’ maestri mill-aqwa bħal Jack Livigni u kiseb ukoll l-appoġġ tal-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja. Hu assistit ukoll mill-għalliema Juliette Bisazza.
Riċentament it-tenur Malti ta’ fama mondjali, Joseph Calleja, saħansitra ddeskriva lil Buttigieg bħala żagħżugħ li għandu vuċi tad-deheb.
//= $special ?>


