Sport Sport Ieħor

ĊIKLIŻMU – TOUR TA’ MALTA: Barbera, Mitchinson u Pauls jibqgħu l-ewwel

It-tielet stadju tat-tour ta’ Malta kien jikkonsisti f’road race li saret fil-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ bl-Elite jagħmlu 15-il-dawra filwaqt li n-nisa u l-Masters għamlu 10 dawriet.

James Ambrose ta’ TBW Bottecchia Wigmore rebaħ il-Kategorija tal-Elite u warajh daħal sieħbu tal-istess team Josh Copley. Fit-tielet post daħal Michele Napoli.

Fil-klassifika ġenerali l-ewwel tliet postijiet baqgħu l-istess fejn Baldassare Barbera (Team Grasso Villanti Spagnolo) żamm il-flokk l-aħmar.

Fil-Kategorija tal-Masters ħareġ rebbieħ Dave Mitchinson ta’ Contour Cycles RT. It-tieni reġa’ daħal għal darb’oħra Freno Gerolamo ta’ ASD Speed Wheel Team u fit-tielet pożizjoni spiċċa Steve Andrew Bell ta’ The Cyclist.

Fil-klassifika ġenerali l-lider baqa’ Dave Mitchinson ta’ Contour Cycles RT.

Fil-Kategorija tan-nisa, Mathilde Pauls tat-TW 1 Racing kisbet rebħa oħra hekk kif temmet quddiem Jennifer Andrews ta’ Cycle Club Ashwell u Gabriela Nordin tat-TW 1 Racing. Fil-klassifika ġenerali Mathilde Pauls (TW 1 Racing) baqgħet il-lider.

It-Tour jispiċċa l-Ħadd bir-raba’ u l-aħħar stadju fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.