L-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista żaru wkoll il-pitch tal-waterpolo tal-Otters f’Marsalforn.
Waqt din il-laqgħa ma’ rappreżentanti tal-waterpolo tkellmu fost l-oħrajn dwar il-problema li l-unika tim tal-waterpolo f’Għawdex m’għandux pitch tal-waterpolo fejn jilgħab u jitħarreġ.
Issemma’ kif f’Għawdex m’hawn imkien fejn wieħed jista’ jgħum, mhux biss fuq skala ta’ sport, iżda anke għall-użu soċjali u rikreattiv tal-pubbliku Għawdxi. Sar l-ilment ukoll dwar il-breakwater li waqa’ u qatt ma reġa’ inbena. B’hekk il-mewġ għadu qed jidħol b’saħħtu f’Marsalforn.
Għal din il-laqgħa mal-kumitat tat-tim tal-waterpolo tal-Otters, f’isem il-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, li kien akkumpanjat mid-deputati Marthese Portelli, Chris Said u David Stellini flimkien mal-kandidat Ryan Mercieca.
//= $special ?>