Lokali

“Hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ l-għarfien nazzjonali fuq il-problemi tal-anzjani” – Maria Deguara

Ritratt mill-arkivji

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Anzjani Maria Deguara attendiet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Nazzjonali tal-Anzjani.

Fid-diskors tagħha hija tkellmet dwar il-fatt li hemm bżonn li tiżdied aktar il-ħidma fuq l-għarfien nazzjonali dwar l-isfidi l-ġodda li l-anzjani qegħdin jiffaċċjaw illum il-ġurnata.

Hija qalet li bil-ħidma li l-oppożizzjoni qed twettaq fuq dan is-settur hija tista tiddentifika numru ta’ sfidi tal-anzjani, uħud li hemm għarfien fuqhom iżda mhux biżejjed, u oħrajn li huma ġodda. Fost l-oħrajn hemm is-solitudini li iġġib magħħa vulnerabilita’ u insikurta’, l-uġigħ ta’ ras biex l-anzjani jlaħqu mal-għoli tal-ħajja, il-penzjonijiet adekwati, il-preokupazzjoni fis-settur tas-saħħa u kif ukoll ir-relazjoni ma’ membri oħra tal-familja fosthom uliedhom stess.

Deguara fost punti oħrajn qalet li wasal iż-żmien li naħsbu biex nintroduċu servizzi ġodda, fosthom ta’ counseling lil dawk l-anzjani l-aktar vulnerabbli.

Hija qalet li l-PN se jkompli jaħdem fuq dan is-settur, ma kull min hu konċernat, inkluż l-Għaqda Nazzjonali tal-Anzjani biex dawn il-problemi jiġu affrontati.