Ikomplu ż-żjarat tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-gżira Għawdxija b’diversi żjarat kulturali li l-qofol tagħhom hu l-kuntatt mill-qrib man-nies.
Kmieni waranofsinhar saret żjara fil-mużew Il-Ħaġar – Heart of Gozo, li jinsab mal-ġenb tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat u li jġib ismu propju miż-żona li jinsab fiha. F’dan il-mużew riċentament ġiet inawgurata attrazzjoni ġdida, dik iddedikata lill-Maestro Joseph Vella li miet dan l-aħħar.
Hawnhekk id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista żaret ix-xogħol li qed isir f’dan il-mużew u kif ukoll in-numru kbir ta’ wirt storiku espost li hawn f’Għawdex … fost dawn l-aħħar suttana ta’ kardinal li libes il-Papa Franġisku.
Din hi l-istess suttana ta’ Kardinal li libes waqt il-konklavi li fihom ġie magħżul biex imexxi l-Knisja Kattolika. Flimkien mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, kien hemm id-deputati Fredrick Azzopardi, Marthese Portelli, Chris Said u David Stellini kif ukoll il-kandidat Ryan Mercieca.
//= $special ?>