Lokali

FILMAT: Il-Mixgħela tas-Salib tal-Għolja f’Ħamis ix-Xirka fis-Siġġiewi

NetNews tkellem mas-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u l-Banda San Nikola se jkunu qed jorganizzaw għal darb’oħra l-Mixgħela tas-Salib tal-Għolja li ssir f’Ħamis ix-Xirka.

Il-Mixegħla tas-Salib tal-Għolja ilha ssir mill-1993, meta grupp ta’ voluntiera Siġġiwin organizzaw l-ewwel edizzjoni tal-Mixgħela tas-Salib tal-Għolja.

Hekk kif din l-attività intlaqgħet tajjeb ħafna mis-Siġġiwin, bdew jiġu nvoluti numru ta’ żgħażagħ mill-Każin Banda San Nikola u ta’ kull sena din l-attivita’ baqgħet issir, mill-voluntiera tal-Każin li jieħdu ħsieb l-preparamenti għall-fjakkoli madwar is-salib, mgħejuna loġistikament mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Il-Mixegħla tas-Salib tilqa’ folol kbar ta’ nies mhux biss mis-Siġġiewi, iżda minn Malta kollha. F’Ħamis ix-Xirka, din l-għolja li twassal għas-Salib imponenti fis-Siġġiewi, hija xempju tal-vjaġġ iebes li għadda minnu Ġesu’ Kristu, fi triqtu lejn il-quċċata tal-Golgota.

Dwar dan tkellimna mas-Sindku tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit. Din is-sena, bħas-snin li għaddew, se jkun hem ukoll is-sehem tal-Każin Banda San Nikola

Matul is-snin, il-Grupp Armar 6 ta’ Diċembru beda jorganizza wkoll Mixgħela fil-Pjazza tas-Siġġiewi li tgħaqqad l-ambjent tal-pjazza mal-attività fis-Salib tal-Għolja.

Għaqdiet oħra fis-Siġġiewi, bħall-Għaqda tan-Nar San Nikola, ingħaqdu biex isaħħu l-attività tal-Mixgħela tas-Salib tal-Għolja.

Sadattant fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi ssir quddiesa għat-tfal fil-5pm u quddiesa fis-6.30pm, it-tnejn bil-ħasil tas-saqajn tal-appostli, segwiti minn adorazzjoni wara 8pm.

F’Ħamis ix-Xirka, se jkun hemm ukoll trasport minn Pjazza San Nikola għas-Salib tal-Għolja, kif ukoll mis-Salib tal-Għolja għall-Pjazza.