Kultura Lokali Mużika

L-Aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Ġesù

'Siegħa Funebri' fil-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl il-Baħar mit-Tikka Banda

Wara li l-Pawlini żanżnu l-istatwa l-ġdida ta’ Marija Addolorata sabiex tintuża fil-festa devozzjonali tad-Duluri fir-Randan, il-Parroċċa ta’ Marija Addolorata se ttella’ programm ta’ marċi funebri llejla fis-7.15pm fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-bixra mużikali tal-Programm ġiet fdata f’idejn Tikka Banda filwaqt li l-meditazzjoni fuq l-aħħar 7 kelmiet ta’ Sidna Ġesù Kristu se ssir mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali. Fil-Programm tal-lejla, Tikka Banda se twassal il-kunċett diminuttiv ta’ banda b’ritmi innovattivi fuq il-perkussjoni li jżewwqu l-marċ funebru.

Fost il-marċi funebri li se jindaqqu, wieħed isib il-marċi Ai Miei Cari Genitori ta’ Joseph Azzopardi, Cipresso ta’ Angelo Mellili, Mater Dolorosa ta’ Antonino Oddo u ieħor ta’ Vincenzo Ciappara.