Konsulent mediku ma setgħax jagħti trattament tal-kimoterapija lil persuna ta’ nazzjonalita barranija fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo wara li rriżulta li dan ma setgħax iħallas għall-kura meħtieġa.
Dan kien irrapurtat f’The Times of Malta hekk kif f’rapport intqal li skont skont l-Ombudsman tal-2017, il-pazjent li l-applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat kiene ġiet mċaħħda kien ittieħed lejn l-isptar Mater Dei fejn hemm kellu jiġi operat minħabba l-kundizzjoni li kien jinsab fiha.
Huwa kien operat, u infatti wara kien riferut lejn l-isptar tal-Onkoloġija biex jirċievi l-kimoterapija. Hawnhekk il-konsulent li kien qiegħed jagħti l-kura lill-barrani qal li kellu jikteb lil Kummissjoni tas-Saħħa biex jingħata aktar linji gwida u għajnuna fuq dan il-każm dan għaliex il-pażjent ma kellux flus għall-kura.
Il-Kummissarju tas-Saħħa min-naħa tiegħu bagħat lill-Ministeru tas-Saħħa fuq dan il-każ mediku, u spjega l-fatt li l-persuna barranija li għandha bżonn il-kura kienet tinsab bla flus. L-istess Kummissarju tas-Saħħa qal li f’ċirkustanzi bħal dawn il-Ministeru tas-Saħħa għandu d-dover li jħallas hu għal din il-kura f’każ li l-persuna barranija ma jkollhiex polza tal-assigurazzjoni mħallsa, dan ovvjament fuq kuntest umanitarju.
Il-Kummissjoni tas-Saħħa qalet ukoll li dan huwa dritt umanitraju skont il-Kostituzzjoni Maltija kif ukoll skont l-Unjoni Ewropea. Għalhekk irrakomandaw li l-persuna jingħata l-kura meħtieġa mingħajr dewmien għax dan huwa każ kruċjali.
Iżda l-Ministeru tas-Saħħa qal li se juża fondi Ewropej alokat għall-istati Membri f’każ t’ immigrazzjoni. Dan eventwalment jaf jikkawża tul fil-kura essenzjali li hemm bżonn li jingħata b’mod imminenti dan il-persuna.
Intant fl-aħħar sigħat Steward Health Care ħabbru t-tim eżekuttiv li se jkun qed imexxi l-isptarijiet ta’ Karin Grech, ta’ San Luqa u dak ta’ Għawdex.
Dawn se jkunu taħt it-tmexxija tat-tabiba Nadine Delicata, li hi l-istess persuna li kellha kariga fit-tmexxija tal-isptarijiet lokali taħt l-operatur preċedenti, Vitals Healthcare.
//= $special ?>