Lokali

Mil-lejla jibda l-ħin tas-sajf

L-arloġġ jimxi siegħa 'l quddiem
Dan il-lejl se norqdu siegħa anqas..

Illejla se naqilbu għall-ħin tas-sajf, dan se jibda mil-lejla fis-2am u jintemm fit-3am, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri fit-28 ta’ Ottubru 2018.

B’hekk tul il-lejl ta’ bejn illum u għada, l-arloġġ se jimxi siegħa ‘l quddiem, jiġifieri se norqdu siegħa anqas.

Fuq nota pożittiva għal dawk li ġa qed jinkwetaw fuq is-siegħa anqas mill-irqad, ħafna jqisu dan iż-żmien fejn tibda titwal il-ġurnata, hekk kif ix-xemx iddum aktar ma tinżel, b’hekk nibdew nidħlu ftit ftit fl-istaġun tas-sajf.

Importanti li wieħed jinnota wkoll li numru kbir ta’ arloġġi elettroniċi, partikolarment dawk fuq mobiles u laptops, jimxu siegħa ‘l quddiem waħedhom mingħajr ebda bżonn li s-siegħa titreġġa ‘l quddiem manwalment.