Lokali

Musical tal-Passjoni mtella’ minn Żgħażagħ Franġiskani

Numru ta’ tfal u żgħażagħ mill-knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun, ingħaqdu sabiex flimkien itellgħu reċta b’tema religjuża.

Din ir-reċta li tirrelata ma’ dawn iż-żminijiet tal-Għid, għandha l-isem ta’ ‘Aħna li konna miegħu’. Iż-Żgħażagħ Franġiskani ħadu l-inizjattiva li jtellgħu musical fuq il-Passjoni ta’ Ġesù Kristu fejn il-persunaġġi ser ikunu qed jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ma’ Ġesù u kif bidlitilhom ħajjithom. Dan ser jingħad b’messaġġ għalina illum li ngħixu fis-sena 2018.

Net News tkellem ma’ Patri Franġiskan dwar l-iskop ta’ din ir-reċta. Huwa qal li din l-inizjattiva ħaduha iż-żgħażagħ stess wara s-suċċess li kellhom fil-Milied. Tkellimna ukoll ma’ wieħed miż-żgħażagħ li ser ikun qed jinterpreta l-parti ta’ Ġesù. Huwa qal li jinsab onorat f’dak li qed jagħmel.

Din ir-reċta se ssir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu fis-sebgħa u nofs, fil-Knisja ta’ San Franġisk tal-Ħamrun.