Numru ta’ żgħażagħ ingħaqdu f’The Point f’Tas-Sliema sabiex jippromovu kumpaniji żgħar li ħolqu huma stess.
Dawn il-kumpaniji inħolqu bħala parti mill-proġett tal-JAYE Malta Foundation … organizzazzjoni li qed tiċċelebra it-tletin sena milli twaqfet.
Fost il-kreazzjonijiet tagħhom kien hemm diversi prodotti innovattivi kif ukoll prattiċi, fosthom kaxxa b’ingredjenti ppreprati għal ikliet bnini speċifici, ornamenti riċiklati mill-fliexken tal-inbid kif ukoll gadget li tgħin lil dak li jkun iżomm iċ-ċwievet tiegħu f’post wieħed.
Oħrajn ħolqu sit immirata lejn l-istudenti li risqin għall-O-levels biex tgħinhom għaliex minnha jkunu jistu’ jaċċessaw karti tal-eżamijiet tal-passat.
Intant iż-żgħażagħ stqarrew magħna l-importanza li ta’ età żgħira jinvolvu ruhom f’attivitajiet u esperjenzi bħal dawn. Qalu li dan mhux biss jgħinhom għal preżent minħabba r-responsabiltà li għandhom, iżda wkoll għal futur. Dan għaliex esperjenzi bħal dawn jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ jibdew il-karrira tagħhom bħala imprendaturi.
Għal dan l-avveniment attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Karl Gouder li żaru l-istands differenti filwaqt li taw kliem ta’ kuraġġ lil dawn iż- żgħażagħ, li ddeskrivewhom bħala l-futur ta’ pajjiżna.
//= $special ?>