Lejliet il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista, delegazzjoni tal-partit tinsab f’Għawdex fejn għaddejja b’numru ta’ żjarat fi rħula fil-gżira Għawdxija.
Il-membri ta’ din id-delegazzjoni għandhom programm vast li jifrex matul il-ġurnata kollha b’diversi opportunitajiet biex jiltaqgħu man-nies.
Il-ġurnata bdiet f’Għajnsielem fejn il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius żar il-klabb u l-grawnd tal-futbol ta’ Għajnsielem F.C. Wara huma żaru Dar Arka fejn iltaqgħu mal-fundatur ta’din id-dar għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, Dun Manwel.
Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista tmexxiet mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, li kien akkumpanjat mid-deputati Chris Said u David Stellini, il-kandidat Ryan Mercieca u numru ta’ Kunsilliera lokali.
Iktar tard, delegazzjoni oħra mmexxija mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo akkumpanjat mid-Deputati Marthese Portelli u Frederick Portelli jagħmlu numru ta’ laqgħat u żjarat oħra.
//= $special ?>