Lokali

RITRATTI: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jattendi għaċ-ċerimonja tal-Ħelsien

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien fost l-awtoritajiet li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien, li saru dalgħodu fil-Birgu.

L-attivitajiet dalgħodu bdew b’marċ minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, f’Bormla sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, il-Birgu fejn kien hemm il-wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien.

Minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien hemm ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kmandant tal-Forzi Armati.

Bħal kull sena l-President ta’ Malta spezzjonat il-Gwardja tal-Unur qabel l-awtoritajiet tal-pajjiż telgħu fuq il-monument fejn indaqq l-innu tal-Ħelsien, il-Fanfarra u sar it-tqegħid tal-bukketti. Iċ-ċelebrazzjonijiet ġew fi tmiemhom bid-daqq tal-Innu Nazzjonali.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien saru llum biex ma jaħbtux maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Sibt il-Għid.