Futbol Sport

Ronaldinho se joħroġ għall-elezzjoni

Ronaldinho (lemin) hekk kif iffirma l-dokumenti meħtieġa biex jikkontesta l-elezzjoni

L-eksplejer tal-Brażil u Barcelona Ronaldinho ħabbar li se jkun kandidat għall-elezzjoni bit-tama li jikseb post bħala Senat jew fil-Kamra tad-Deputati.

L-elezzjoni se ssir f’Ottubru li ġej u hu se jkun qed jifforma parti mill-Partit tar-Repubblikani.

Ronaldinho, li għandu 38 sena, meta kien plejer kien ivvutat sentejn wara xulxin (2004 u 2005) bħala l-aqwa plejer tal-FIFA u ma’ Barcelona rebaħ diversi unuri fosthom iċ-Champions League.

Hu se jkun qed jimxi fil-passi ta’ eksplejer Brażiljan ieħor, Romario, li jiem ilu ħabbar li ser joħroġ għall-elezzjoni ta’ Gvernatur.