Lokali

Taljan fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Marsaskala

Arkivji

Taljan li għandu 45 sena jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif safa milqut minn vettura tat-tip Toyota Fun Cargo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li joqgħod Marsaskala.

L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-18:45pm, fi Triq il-Qaliet, f’Marsaskala

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Mercieca , li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.