“Għawdex tana l-akbar donazzjoni għall-maratona ġbir ta’ fondi li qatt ingħatat. Grazzi ta’ din is-somma rekord” kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wara li l-14-il il-kumitat sezzjonali, il-kumitat reġjonali ta’ Għawdex u numru ta’ negozji oħra preżentaw is-somma ta’ aktar minn €92,000.
Fid-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li wara dawn il-jumejn ta’ xogħol f’Għawdex fejn ħa gost jiltaqa’ man-nies u jidħol fid-djar u l-ħwienet, sema’ dak li kellhom xi jgħidu l-Għawdxin. Stqarr li wara xhur jisma’, wiegħed lill-folla numeruża preżenti li Għawdex se tkun prijorita’ għall-Partit Nazzjonalista.
Irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu bla waqfien għal din is-somma rekord, fejn stqarr li wara li fl-aħħar elezzjoni kienet l-ewwel darba wara ħamsin sena fejn l-Partit Nazzjonalista tilef id-distrett ta’ Għawdex, issa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista hu determinat li dan ir-riżultat jibqa’ ta’ darba biss – u fix-xhur li ġejjin jkun kapaċi juri li verament Għawdex kien, għadu u se jibqa’ Nazzjonalist.
Adrian Delia temm id-diskors tiegħu fejn stqarr li b’din is-somma rekord, il-poplu Għawdxi qed juri li għal darb’oħra qed jiddikjaraw li huma qegħdin wara l-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>