Internazzjonali

Taċ-5 Stelle President tal-Parlament; is-Senat immexxi minn Casellatti tal-Forza Italia

S'issa l-ebda qbil dwar min se jmexxi l-Gvern il-ġdid

Maria Elisabetta Alberti Casellati saret l-ewwel mara fl-istorja tal-Italja li qed tmexxi s-Senat. Dan wara li fl-aħħar sigħat intlaħaq qbil dwar l-isem ta’ Casellati.

Hi ġejja mill-partit Forza Italia ta’ Silvio Berlusconi, u allura tifforma parti mill-koalizzjoni tal-Lemin li rebħet l-elezzjoni fl-Italja.

Minn naħa l-oħra, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti se jkun deputat li ġeji mill-Movimento 5 Stelle ta’ Di Maio.

Roberto Fico se jkun qiegħed imexxi l-Parlament Taljan bħala Speaker – kariga importanti ħafna fl-isfond tar-riżultat li tat l-aħħar elezzjoni.