Internazzjonali

Attakk mill-ajru Amerikan barra Ubari fil-Libja

Il-militar Amerikan ħabbar li kien wettaq attakk mill-ajru fil-Libja bħala parti mill-isforzi biex terroristi ma jsibux kenn f’dan il-pajjiż.
Skont stqarrija mill-U.S. Africa Command, l -attakk sar fil-perifieriji tal-belt ta’ Ubari u sar b’koordinazzjoni mal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali bażat fi Tripli u li jgawdi mill-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.
L-istqarrija qalet li fl-attakk kienu nqatlu żewġ terroristi u m’hemm ebda indikazzjoni li kien hemm vittmi ċivili.
Rapporti minn Ubari qalu li s-Sibt waranofsinhar kien hemm splużjoni kbira. Splużjoni li qerdet dar fl-inħawi ta’ Fursan. Fost it-terrapien instabu żewġ katavri. Residenti tal-inħawi qalu li d-dar kienet frekwentata minn barranin.